Attwalità
30 Oct 2025
Attwalità | X’seta' kellu aħjar il-Baġit 2026?
Dettalji tal-Episodju
Ftit jiem wara li sirna nafu x’fih il-Baġit tas-sena d-dieħla, Attwalità jiddiskuti x’seta’ kellu aħjar u kif il-miżuri se jkollhom impatt fuq il-viżjoni ekonomika u l-futur tal-pajjiż. Flimkien magħna fl-istudjo l-Membru Parlamentari Laburista u ekonomista Cressida Galea, il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-ekonomija Jerome Caruana Cilia, iċ-Ċermen tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku David Xuereb u Beppe Muscat, mill-Kunsill tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji. Attwalità – Kull nhar ta’ Ħamis LIVE fil-5pm bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Matthew Xuereb, Editur tal-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Newsbook Malta u RTK103.