Attwalità 29 Oct 2026

Attwalità | X’se jfisser il-Baġit għall-ħajja ta’ kuljum?

Dettalji tal-Episodju

Attwalità | X’se jfisser il-Baġit għall-ħajja ta’ kuljum? Baġit 2027: X’se jfisser verament għall-ħajja ta’ kuljum? Il-Baġit ġie mħabbar… iżda x’se jfisser verament għall-ħajja tiegħek ta’ kuljum? Fl-edizzjoni tal-lum ta’ Attwalità fuq RTK103 u Newsbook Malta, se nanalizzaw il-Baġit lil hinn mill-figuri u l-wegħdiet: Miżuri Soċjali u Sussidji: Huma biżżejjed biex itaffu l-piż tal-għoli tal-ħajja, jew huma sempliċiment kumpens temporanju? Is-Super Bonus: Verament miżura soċjalista, jew qed tgħin aktar lil min diġà jinsab tajjeb? L-Eko kontribuzzjoni u l-Ambjent: Żieda fid-dħul għall-Istat, jew se naraw benefiċċju reali għall-ambjent u l-bini vojt f’Malta? It-Traffiku u l-Ħin ta’ Kwalità: Fejn hi l-viżjoni biex ma nispiċċawx li l-flus żejda fil-but nonfquhom maqbuda fit-traffiku? It-TCNs: Diskriminazzjoni jew miżura finanzjarja meħtieġa? Mhux hekk biss… se nħarsu lejn dawk il-miżuri li stennejna lkoll li jidħlu, iżda tħallew kompletament barra. Analiżi, perspettivi differenti, u diskussjoni bejn id-Deputat Laburista Ramona Attard u d-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut. Attwalità jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fil-5pm fuq RTK103 u Newsbook Malta.

Ara kollha →