Attwalità | 15 ta' Ottubru 2026
Dettalji tal-Episodju
Attwalità | 15 ta' Ottubru 2026 Fil-ġimgħa dwar l-għarfien dwar is-saħħa mentali, Attwalità se jdur fuq realtà li tmiss lil tant nies fostna, iżda li spiss tibqa’ mistoqsija fis-skiet. Magħna fl-istudjo se jkollna lil Daniela Calleja Bitar – CEO tar-Richmond Foundation Fr Eric Cachia – Provinċjal tas-Sależjani f’Malta Dr Dennis Vella Baldacchino – Il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali. U se nisimgħu l-istorja personali ta' Ryan Barbara dwar dak li beda bħala abbuż tad-droga u l-alkoħol meta kellu biss 18-il sena u kompla b'tentattivi ta' suwiċidju. Illum qed jiddedika ħajtu biex iqajjem kuxjenza u jagħti t-tama lil ħaddieħor permezz tax-xogħol tiegħu mas-servizzi tas-saħħa mentali. Attwalità jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fil-5pm fuq RTK103 u Newsbook Malta. Tistgħu tkunu parti mid-diskussjoni wkoll permezz ta’ WhatsApp fuq 79238103.