Attwalità 05 Nov 2026

Attwalità | Il-kanċer: prevenzjoni, appoġġ u tama

Dettalji tal-Episodju

Attwalità | Il-kanċer: prevenzjoni, appoġġ u tama waqt Attwalità Indawru l-attenzjoni tagħna fuq Pink October u Movember, kampanja li tmur lil hinn mill-kuluri, b'messaġġ wieħed ewlieni: l-għarfien li jsalva l-ħajjiet u t-tama li żżommna għaddejjin. F'din l-edizzjoni speċjali se nisimgħu rakkonti qawwija ta' kuraġġ u reżiljenza minn mara li affaċċjat sfidi kbar ta' saħħa li taf xi tfisser li tiġġieled b'determinazzjoni. Magħna se jkollna mistiedna li għaddiet minn trawma doppja minħabba l-kanċer tas-sider, u li llum qed taqsam l-esperjenza tagħha biex tagħmel il-qalb lil ħaddieħor. Se nisimgħu wkoll storja ta' raġel li ta' 20 sena kien dijanjostikat bil-kanċer fit-testikoli, u li minkejja l-biżgħat, illum huwa missier ta' żewġ tfal. U filwaqt li llum jinsab f'battalja oħra kontra l-melanoma u jiffaċċja kontrolli kontinwi dwar xi nefħiet oħra f'ġismu, il-messaġġ tiegħu jibqa' wieħed ta' pożittività u viġilanza. Se jkollna wkoll rappreżentanti mill-Marigold Foundation li se jispjegaw ix-xogħol u r-rwol tal-fondazzjoni matul is-sena kollha biex jappoġġjaw lil min hu l-iktar vulnerabbli u jeradikaw it-tabù dwar il-kontrolli mediċi. Ingħaqdu magħna fuq RTK103 u Newsbook Malta biex flimkien inwasslu messaġġ ta' prevenzjoni, appoġġ u fuq kollox, tama. Attwalità jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fil-5pm fuq RTK103 u Newsbook Malta.

Ara kollha →