Attwalità | Għandha tinbidel is-sistema tal-ġuri?
Dettalji tal-Episodju
Attwalità | Għandha tinbidel is-sistema tal-ġuri? L-aħħar żewġ verdetti ta’ ġurijiet fil-Qorti Kriminali li lliberaw lill-akkużati, reġgħu fetħu dibattitu dwar jekk Malta għandhiex tibqa’ żżomm is-sistema tal-ġuri jew inkella wasalx iż-żmien li din tiġi abolita. Il-każijiet ta’ Yorgen Fenech u Lorin Scicluna qajmu reazzjonijiet qawwija, uħud ta’ rabja, oħrajn ta’ nuqqas ta’ ftehim u oħrajn ta’ sfiduċja fis-sistema ġudizzjarja. Iżda l-fatt li verdett tal-ġurija ma jaqbilx mal-aspettattivi jew mal-konvinzjonijiet tal-pubbliku, jista’ jkun argument biex sistema li għandha għeruq demokratiċi u storiċi titneħħa? Niddiskutu dan kollu mal-eks Prim Imhallef Vincent De Gaetano, li beda l-karriera tiegħu bħala prosekutur fl-uffiċċju tal-Avukar Ġenerali qabel ma serva bħala mħallef u Prim Imħallef biex imbagħad baqa’ jservi bħala Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Bħalissa jservi bħala Kummissarju għall-Edukazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman. Attwalità jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fil-5pm fuq RTK103 u Newsbook Malta. Tistgħu tkunu parti mid-diskussjoni wkoll permezz ta’ WhatsApp fuq 79238103.