Attwalità
02 Apr 2026
Attwalità: L-għeġubijiet ta’ Puttinu ġo Malta u Londra
Dettalji tal-Episodju
Illum, f’Ħamis ix-Xirka, Attwalità jitkellem ma’ Puttinu Cares dwar stejjer ta’ tbatija imma wkoll stejjer ta’ kuraġġ. Naraw kif din l-organizzazzjoni qed tkompli taħdem biex tgħin familji Maltin milquta mill-kanċer waqt mumenti diffiċli meta jitilgħu fir-Renju Unit għall-kura. Nisimgħu dwar il-proġett il-ġdid fiċ-ċentru ta’ Londra, li huwa pass storiku ieħor għal Puttinu. Xi progress sar s’issa, u meta qed jippjanaw li dawn l-appartamenti l-ġodda jkunu jistgħu jilqgħu fihom pażjenti Maltin u l-familjari tagħhom. Nitkellmu wkoll ma’ Caroline Galea, li wkoll ġiet mgħejuna minn Puttinu meta marad it-tifel tagħha Thomas bil-Leukaemia. Attwalità jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fil-5pm fuq RTK103 u Newsbook Malta.