Attwalità jiddiskuti l-Edukazzjoni | 2 ta' Ottubru 2025
Dettalji tal-Episodju
Il-bibien tal-iskejjel infetħu u t-tfal reġgħu lura fuq il-bankijiet tal-iskola, imma l-mistoqsija tibqa’: Fejn qed inwassluhom lill-istudenti tal-lum? Il-qafas edukattiv ta’ pajjiżna għadu jaqdi l-bżonnijiet tal-lum u tal-futur? Din il-ġimgħa, Attwalità jniedi dibattitu dwar l-edukazzjoni. Magħna Charles Theuma, li jmexxi skola tat-tagħlim terżjarju, Morgan Parnis, The Malta Chamber, Marco Bonnici, Malta Union of Teachers u Luke Fenech, għalliem tal-Etika u awtur ta’ “Humanising the Maltese Education System: A Manifesto of Hope” – dokument b’100 proposta ta’ bidla radikali fis-sistema edukattiva. Kunu magħna għal diskussjoni vivaċi dwar sfidi kbar f’dan il-qasam għaliex l-edukazzjoni hi l-qalba tal-futur tagħna. Jipprezenta Matthew Xuereb. LIVE l-Ħamis fil-5pm fuq 103.mt u 103FM Ipparteċipa direttament fid-diskussjoni permezz ta’ Whatsapp fuq 7923 8103