Attwalità | Il-Midja soċjali u l-impatt fuq it-tfal
Dettalji tal-Episodju
Il-midja soċjali ħolqot bosta realtajiet, ħafna minnhom pożittivi, iżda oħrajn li qegħdin iħallu mpatt negattiv speċjalment fuq it-tfal, l-adolexxenti u l-persuni vulnerabbli. Din il-midja soċjali qed tħalli ċerti pressjonijiet speċjalment dawk marbuta ma’ perfezzjoni u attakki marbuta ma’ cyber bullying. L-Awstralja saret l-ewwel pajjiż fid-dinja li qed tipprojbixxi ż-żgħażagħ taħt is-sittax-il sena milli jkollhom kont fuq il-midja soċjali. F’Malta, il-Gvern għadu kif nieda Green Paper dwar il-midja soċjali bil-ħsieb li tissaħħaħ il-protezzjoni għat-tfal, l-adolexxenti u l-persuni vulnerabbli. Niddiskutu dan kollu f’Attwalità flimkien ma’: - Il-Kummissarju tat-Tfal Antoinette Vassallo - Il-psikologa edukattiva Dr Erika Galea - L-edukatur u President tal-Unjin tal-Għalliema Marco Bonnici Attwalità jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fil-5pm fuq RTK103 u Newsbook Malta Music Credit: "Onycs - Dreamcatcher" is under a Creative Commons (CC BY 3.0) license. http://creativecommons.org/licenses/b... / @onycs Music promoted by BreakingCopyright: • 😌 Calm & Ambient (Royalty Free Music)...