Attwalità 06 Nov 2025

Attwalità | Id-drogi, l-alkoħol u s-sewqan | 6 ta' Novembru 2025

Dettalji tal-Episodju

F’Awwissu li għadda, il-Gvern ippubblika emendi legali biex għall-ewwel darba, il-Pulizija jkunu jistgħu jibdew jagħmlu testijet każwali għad-droga u l-alkoħol fit-toroq mingħajr suspett raġonevoli jew ordni tal-Qorti. L-Assoċjazzjoni tal-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni, id-Doctors for Road Safety, it-tobba tal-Emerġenza u l-Kunsill għas-Sigurtà fit-Toroq kienu fost dawk li kienu ilhom iħambqu ghal dawn l-emendi għax ma stajniex inkomplu bit-telf tal-ħajjiet fit-toroq mingħajr deterrent. Attwalità jiddiskuti dawn l-emendi anki fid-dawl ta’ konferenza nazzjonali li qed torganizza l- Assoċjazzjoni tal-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni l-ġimgħa d-dieħla bl-isem ta’ Substance Abuse: The Power of Policy in Driving Change & Saving Lives. Id-diskussjoni fl-istudio ma’ 4 protagonisti li permezz tagħhom saru dawn it-tibdiliet fil-liġi: - Adrian Galea, id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tal-Kumpanniji tal-Assigurazzjoni - Is-Supretendent Nicholas Vella mis-Sezzjoni tat-Traffiku tal-Pulizija - It-Tabib tal-Emerġenza Michael Spiteri - Pierre P. Vella, eks konsulent tal-Malta Road Safety Council. Ikollna wkoll intervista qasira mal-Professur Alain Verstraete mill-Università ta’ Ghent fil-Belġju li se jkun qed jindirizza l-konferenza tal-ġimgħa d-dieħla. Attwalità – Kull nhar ta’ Ħamis LIVE fil-5pm bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Matthew Xuereb, Editur tal-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Newsbook Malta u RTK103. Ipparteċipa direttament fid-diskussjoni permezz ta’ WhatsApp fuq 79238103. Music Credit: "Onycs - Dreamcatcher" is under a Creative Commons (CC BY 3.0) license. http://creativecommons.org/licenses/b... / @onycs Music promoted by BreakingCopyright: • 😌 Calm & Ambient (Royalty Free Music)... _______________________

Ara kollha →