Attwalità | 9 ta' Ottubru 2025
Dettalji tal-Episodju
LIVE: Andre Callus u Johann Buttigieg f’dibattitu waqt Attwalità F’Lulju li għadda, il-gvern ħabbar diversi tibdiliet fil-liġijiet tal-ippjannar. Dawn qajmu furur sħiħ matul is-sajf minn għaqdiet abjentali, ambjentalisti u s-soċjeta’ ċivili li qed jgħidu li dawn il-proposti se jneħħu l-possibilita’ li huma joġġezzjonaw għal ċertu żvilupp u li l-iżviluppaturi se jibdew jgħamlu li jridu. Fil-programm Attwalità niddiskutu dan is-suġġett jaħraq. Fl-istudios magħna: il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg li għall-ewwel darba jiltaqa’ wiċċ imb’wiċċ ma’ Andre Callus mill-Moviment Graffitti. Din hija l-ewwel darba li dawn it-tnejn jiddibattu direttament dwar il-proposti kontroversjali li qajmu tant diskussjoni pubblika. Music Credit: "Onycs - Dreamcatcher" is under a Creative Commons (CC BY 3.0) license. http://creativecommons.org/licenses/b... / @onycs Music promoted by BreakingCopyright: • 😌 Calm & Ambient (Royalty Free Music)...