Attwalità | 9 ta' April 2026
Dettalji tal-Episodju
Il-Kamra tal-Kummerċ qed tipproponi bidla fid-direzzjoni tat-turiżmu f’Malta b’aktar minn 115-il rakkomandazzjoni għall-futur tas-settur. Il-Kamra qed tisħaq li s-suċċess m’għandux jitkejjel biss bin-numru ta’ turisti u l-iljieli li jqattgħu Malta, iżda mill-kwalità u l-valur li jħalli t-turiżmu. Il-messaġġ ewlieni tar-rapport, Rediscover to Align, huwa li s-settur jimxi minn mudell imsejjes fuq il-volum għal wieħed ibbażat fuq il-valur. Fost il-proposti ewlenin hemm li l-Belt Valletta u Għawdex jiġu promossi bħala destinazzjonijiet għalihom, li tintuża aktar informazzjoni biex jiġu mmaniġġjati t-turisti, u li jissaħħaħ l-infurzar kontra postijiet ta’ akkomodazzjoni mhux liċenzjati; Magħna biex niddiskutu dan is-suġġett Alan Arrigo, operatur u membru tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, Carlo Micallef u l-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex Joe Muscat.