Attwalità | 8 ta' Jannar 2026
Dettalji tal-Episodju
It-turiżmu f’Malta: suċċess jew pressjoni fuq il-pajjiż? Malta qed tkompli tattira livelli rekord ta’ turisti sena wara sena u dan is-settur li jħaddem l-eluf jikkontribwixxi mhux ftit għall-ekonomija tal-pajjiż. Imma kemm hu sostenibbli u xi problemi qed jikkawża lill-infrastruttura tal-pajjiż? Kemm nifilħu nkabbru n-numri ta’ turisti? Il-lukandi jistgħu jikkompetu ma’ għażliet irħas ta’ akkomodazzjoni għal dawk li jiġu Malta b’inqas flus f’idejhom? Qegħdin nattiraw turisti ta’ kwalità? Ilħaqna l-kapaċità massima tagħna? Għandna biżżejjed ħaddiema biex inlaħħqu mad-domanda? Dawn huma l-affarijiet li se niddiskutu għada l-Ħamis waqt l-ewwel programm Attwalità ta’ din is-sena. Il-mistednin huma: - Joe Muscat, CEO tal-Gozo Tourism Association - Philip Fenech miċ-Chamber of SMEs - Andrew Agius Muscat mill-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti Maltin. - Alan Borg CEO tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Se jkollna wkoll intervent mis-CEO tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Alan Borg li dan l-aħħar ħabbar li kienu għaddew mill-ajruport Malti mal-10 miljun ruħ. Attwalità jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fil-5pm fuq RTK103 u Newsbook Malta. Music Credit: "Onycs - Dreamcatcher" is under a Creative Commons (CC BY 3.0) license. http://creativecommons.org/licenses/b... / @onycs Music promoted by BreakingCopyright: • 😌 Calm & Ambient (Royalty Free Music)...