Attwalità | 7 ta' Mejju
Dettalji tal-Episodju
Hekk kif qed noqorbu lejn it-tmiem tat-tieni ġimgħa tal-kampanja elettorali, Attwalità jiddiskuti l-proposti li saru s'issa mill-partiti politiċi. Magħna fl-istudio Francesca Zarb mill-Partit Laburista, Graziella Attard Previ mill-Partit Nazzjonalista, Brian Decelis mill-ADPD u Mark Camilleri Gambin mill-Partit Momentum. Matul il-kampanja elettorali, il-programm Attwalità se jkun qed jixxandar biss fuq Newsbook Malta. Din id-deċiżjoni ttieħdet biex tinżamm id-diskrezzjoni editorjali dwar il-mistednin f’dan il-programm, fid-dawl tal-valuri u l-missjoni li jħaddan l-istazzjon RTK103. Bħalissa, RTK103 qed jiddefendi dan id-dritt kardinali permezz ta’ żewġ kawżi fil-Qrati ta’ Malta kontra l-Awtorità tax-Xandir. Idħol fuq Newsbook Malta u segwi l-programm Attwalità li jixxandar bejn il-5pm u s-6.30pm. Tista’ ssegwih ukoll fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Newsbook Malta.