Attwalità | 5 ta' Frar 2026
Dettalji tal-Episodju
Eroj, profeta, patrijott. Dawn huma biss ftit mill-aġġettivi li jiddeskrivu lill-Mons. Victor Grech, pijunier fil-ġlieda kontra d-droga u fundatur tal-programm ta’ riabilitazzjoni tal-Caritas. Eżattament fl-ewwel anniversarju mill-mewt tiegħu, il-programm Attwalità tal-Ħamis 5 ta’ Frar fuq RTK103 u Newsbook Malta se jsellem lil dan is-saċerdot minn Bormla, permezz ta’ diversi intervisti ma’ persuni li kienu l-aktar qrib tiegħu. Dawn l-intervisti se jixxandru fuq l-istess stazzjon li Mons. Grech għamel żmien twil jippreżenta programm li matulu kienu jċemplu bosta nies sabiex jitolbu parir fuq problemi reali li kienu jġarrbu. Għalxiex Mons. Grech kien imfittex minn bosta individwi u familji għall-pariri? F’xiex issarrfet il-ħidma tiegħu fil-qasam soċjali tal-Knisja? Kif iħarsu lejh il-vittmi tal-vizzju tad-droga? Niddiskutu dan kollu f'Attwalità flimkien ma' persuni li kienu qrib ħafna tiegħu, qraba, ħbieb u oħrajn li ħadmu miegħu, fosthom: Id-Direttur tal-Caritas Dr Anthony Gatt Bernardette Briffa Geraldine Gatt Anna Micallef Marthese Xuereb Anġlu Fenech, eks Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union Attwalità jixxandar kull nhar ta' Ħamis fil-5pm fuq RTK103 u Newsbook Malta.