Attwalità
04 Dec 2025
Attwalità | 4 ta' Diċembru 2025
Dettalji tal-Episodju
Koppji jistgħu jaffordjaw propjetà llum? Il-prezzijiet saru out-of-reach? Qed jissallbu biex ikollhom saqaf fuq rashom? Il-problema qed tispiċċa f’ħoġor l-istat li jrid isib post għal dawk li ma jaffordjawx? X’qed isir biex iżjed nies ikunu jistgħu jsiru sidien ta’ djarhom? Niddiskutu dan kollu f’Attwalità flimkien ma’: - Roderick Galdes u Ivan Bartolo, il-Ministru u x-Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli - Jake Azzopardi, CEO tal-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli, intrapriża soċjali bejn il-Gvern u l-Knisja - Noel Xerri mill-Anti-Poverty Forum - Steve Stivala, ekonomista mill-KPMG