Attwalità 03 Apr 2025

Attwalità | 3 ta' April 2025

Dettalji tal-Episodju

Attwalità | 3 ta' April 2025 L-ewwel edizzjoni tal-programm ta’ ġrajjiet kurrenti Attwalità fuq RTK103 se jittratta d-drogi fil-Belt Valletta. Ippreżentat mill-ġurnalist Neil Camilleri, il-programm se jkun qed jidħol aktar fil-fond tal-investigazzjoni li għamlet il-gazzetta Times of Malta riċentament meta permezz tal-ġurnalisti tagħha marret f’diversi barijiet madwar il-Belt u raw żagħżagħ jieħdu d-droga. F’dan l-ewwel programm se jieħdu sehem Mark Laurence Zammit, l-Assistent Editur tat-Times of Malta u Ylenia Montford, Minority Leader fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Is-sindku Olaf McKay ġie mistieden għall-programm iżda qal li ma setax jattendi. Fit-tieni parti tal-programm, il-pjaga tad-droga se tiġi trattata b’mod iżjed wiesgħa bil-parteċipazzjoni ta’ Noel Xerri, Kap Ezekuttiv tal-Fondazzjoni OASI, u Ian Diacono, Koordinatur Kliniku ta’ Caritas Malta. Se jaqsam ukoll l-esperjenza tiegħu Julian Azzopardi li qed jagħmel il-programm ta’ riabilitazzjoni tal-Caritas biex jegħleb il-vizzju tad-droga. B’preżentazzjoni ta’ Neil Camilleri, Attwalità se jibda jixxandar kull nhar ta’ Ħamis bejn il-5pm u s-6.30pm fuq RTK103 u Newsbook Malta. Music Credit: "Onycs - Dreamcatcher" is under a Creative Commons (CC BY 3.0) license. http://creativecommons.org/licenses/b... / @onycs Music promoted by BreakingCopyright: • 😌 Calm & Ambient (Royalty Free Music)...

Ara kollha →