Attwalità | 26 ta' Marzu 2026
Dettalji tal-Episodju
F’dawn l-aħħar snin, id-dinja tal-isport kienet ixxukkjata minn kwistjonijiet etiċi kbar, każijiet ta’ doping, imħatri llegali u korruzzjoni. Il-pressjoni fuq l-atleti biex jiksbu s-suċċess tista’ twassalhom biex jirrikorru għal imġieba mhux sportiva. L-għan ewlieni ta’ korp regolatorju fl-isport bħall-Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti (AIMS) huwa li jinkoraġġixxi ambjent sportiv sigur, ġust u b’saħħtu, kif ukoll jinvestiga diversi każijiet ta' abbuż. Imma din l-awtorità x’tagħmel fil-prattika? Għaliex kien hemm bżonn ta' din l-awtorità? Għaliex qed nisimgħu b'aktar każijiet ta' ksur ta' regoli fl-isport proprju issa? Attwalità din il-ġimgħa jiddiskuti l-awtorità u r-riżultati tagħha, kif ukoll il-pjanijiet biex l-isport isir aktar ġust u sigur. Il-mistednin fl-istudjo huma u l-Uffiċjal tal-Integrità tal-AIMS, Dr Sandro Camilleri u l-Kap tal-Affarijiet Legali u Regolatorji, Dr Sihon Gauci Gonzalez. Attwalità jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fil-5pm fuq RTK103 u Newsbook Malta.