Attwalità | 23 ta' April 2026
Dettalji tal-Episodju
Attwalità: Il-kanċer u Hospice Malta Malta għandha waħda mill-inqas rati ta’ inċidenza tal-kanċer fl-Ewropa, iżda s-sitwazzjoni tista’ tmur għall-agħar, b’każijiet li huma mistennija jiżdiedu b’rata li hija d-doppju tal-medja Ewropea sal-2040. Iżda meta l-marda tolqtok, il-pazjent u l-familjari jgħaddu minn tbatija liema bħalha, u ħafna drabi, imnalla jsibu l-kenn u s-sostenn ta' Hospice Malta. Il-missjoni tal-Hospice hija li tipprovdi kura palljattiva b’xejn lil pazjenti b’mard li jillimita l-ħajja, filwaqt li joffri appoġġ fiżiku, psikoloġiku u emozzjonali essenzjali kemm lill-pazjenti kif ukoll lill-familji tagħhom. Il-programm Attwalità ta’ din il-ġimgħa se jiddiskuti l-kanċer u s-servizzi essenzjali li l-Hospice jipprovdi b’xejn lil tant pazjenti u lill-familjari tagħhom. Il-mistednin fl-istudjo se jkunu Kenneth Delia, il-Kap Eżekuttiv ta’ Hospice Malta, Anna Frendo, il-Kap Kliniku, u Dr Jurgen Abela, l-Uffiċjal Mediku ta' Hospice Malta. Fi tmiem din il-ġimgħa, Hospice Malta se tkun qed ittella’ l-maratona annwali tagħha biex tkun tista’ tkompli tipprovdi dawn is-servizzi essenzjali fil-komunità. Tista’ tagħmel id-donazzjoni tiegħek minn issa: 📞 5180 2024 – €25 📞 5190 2031 – €50 📱 SMS 5061 9234 – €11.65 💰 BOV Mobile / myAPS – 7993 3894 🌐 Donazzjoni Online – Hospice Malta ☎️ Pledge line – 2122 0011 Attwalità jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fil-5pm fuq RTK103 u Newsbook Malta.