Attwalità
21 May 2026
Attwalità | 21 ta' Mejju 2026
Dettalji tal-Episodju
Hekk kif resqin lejn l-aħħar ġimgħa tal-kampanja elettorali, din il-ġimgħa f’Attwalità mhux se niddiskutu proposti ma’ wħud mill-kandidati, imma se jkollna programm differenti għax se nisimgħu x’jixtiequ l-korpi kostitwiti dwar l-ideat tagħhom biex nagħmlu dan il-pajjiż isbaħ u aħjar. Il-programm se jkun qed jixxandar biss fuq Newsbook Malta u mhux fuq RTK103. Inħeġġu n-nies biex jidħlu fuq Newsbook Malta u jsegwu l-programm Attwalità li jixxandar bejn il-5pm u s-6.30pm. Tista’ ssegwih ukoll fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Newsbook Malta. Tistgħu tkunu parti mid-diskussjoni wkoll permezz ta’ WhatsApp fuq 79238103.