Attwalità | 19 ta' Marzu 2026
Dettalji tal-Episodju
Fost il-ħafna pjagi li hawn fis-soċjetà hemm l-użura. Nies li jissellfu fuq l-idejn biex jixtru xi ħaġa, ħafna drabi mhux biss għad-droga. Imma mbgħad, bl-imgħaxxijiet kbar, ħafna vittmi jidħlu f’ċirku viżżjuz li diffiċli jeħilsu minnu. X’inhu l-Profil tal-Użuraj? Il-każijiet huma l-aktar ta’ individwi li jaħdmu waħidhom, jew hemm involviment ta’ gruppi ta’ kriminalità organizzata? X’inhu l-Profil tal-Vittma? Min huma l-aktar nies li qed jaqgħu f’din in-nasba? Huma sidien ta’ negozji żgħar f’diffikultà, persuni bil-vizzju tal-logħob, jew familji li ma jlaħħqux mal-ħajja? F’Attwalità illum se niddiskutu dan is-suġġett ma’ żewġ istituzzjonijiet li l-iktar iħabbtu wiċċhom mal-vittmi. Louis Bellizzi mill-Caritas u l-Ispettur Leanne Bonello mid-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji tal-Pulizija. Attwalità jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fil-5pm fuq RTK103 u Newsbook Malta.