Attwalità | 19 ta' Frar 2026
Dettalji tal-Episodju
Attwalità: It-turiżmu tal-abort Bħalissa hemm proposta mill-Parlament Ewropew li tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprovdi finanzjament lil individwi fi stati membri fejn l-abort huwa illegali — bħal Malta — biex jagħmlu abort f’pajjiżi oħra tal-UE. Dan effettivament jinkoraġġixxi lin-nies biex jaqbżu l-liġijiet ta’ Malta u l-protezzjonijiet kostituzzjonali għat-tarbija fil-ġuf. Kemm hu aċċettabbli dan? Niddiskutu dan is-suġġett f’Attwalità ma: Il-Kap Eżekuttiv tal-Life Network Foundation Dr Miriam Sciberras L-eks Kummissarju Ewropew Tonio Borg Rappreżentant tad-Doctors for Life li kollha qed jaħdmu biex jipproteġu lit-trabi fil-ġuf Nisimgħu wkoll intervista ma’ mara li riedet tagħmel abort u issa li kellha t-tarbija qed tikkampanja kontra l-qtil ta’ trabi fil-ġuf