Attwalità | 17 ta' April 2025
Dettalji tal-Episodju
Attwalità | 17 ta' April 2025 F’Ħamis ix-Xirka, Attwalità jitkellem ma’ Puttinu Cares dwar stejjer ta’ tbatija imma wkoll stejjer ta’ kuraġġ. Naraw kif din l-organizzazzjoni qed tkompli taħdem biex tgħin familji Maltin milquta mill-kanċer waqt mumenti difficli meta jitilghu fir-Renju Unit għall-kura. Nitkellmu wkoll ma’ Mark Camilleri, li tilef lil martu Jacqueline fl-2023, u li matul il-funeral tagħha nġabru għotjiet għal Puttinu Cares. Attwalità, ippreżentat minn Neil Camilleri, jixxandar fil-5pm, proprju lejliet il-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi biex tkompli tingħata din l-għajnuna. #radioprogramme #malta #RTK103 Music Credit: "Onycs - Dreamcatcher" is under a Creative Commons (CC BY 3.0) license. http://creativecommons.org/licenses/b... / @onycs Music promoted by BreakingCopyright: • 😌 Calm & Ambient (Royalty Free Music)...