Attwalità | 16 ta' Ottubru 2025
Dettalji tal-Episodju
Attwalità | 16 ta' Ottubru 2025 Fis-16 ta’ Ottubru tal-2017, il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia nqatlet fil-Bidnija b’karozza bomba. Il-qtil tagħha wassal għal diversi proċessi fil-qrati kif ukoll inkjesta pubblika li damet sejra sena u nofs. Tmien snin wara, din il-ġimgħa, Attwalità jikkommemora lil Daphne Caruana Galizia u janalizza xi nbidel minn dakinhar. Intervista ma’ binha, Matthew Caruana Galizia u mal-Membru Ewroparlamentari Malti David Casa, kif ukoll diskussjoni bil-parteċipazzjoni ta’ Manuel Delia mill-Għaqda Repubblika u l-Viċi President tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin Kurt Sansone. LIVE kull nhar ta’ Ħamis fil-5pm fuq RTK103 u Newsbook Malta. Jippreżenta l-Editur ta’ Newsbook Malta u RTK103 Matthew Xuereb. Ipparteċipa direttament fid-diskussjoni permezz ta’ Whatsapp fuq 7923 8103. Music Credit: "Onycs - Dreamcatcher" is under a Creative Commons (CC BY 3.0) license. http://creativecommons.org/licenses/b... / @onycs Music promoted by BreakingCopyright: • 😌 Calm & Ambient (Royalty Free Music)...