Attwalità | 16 ta' April 2026
Dettalji tal-Episodju
Attwalità: Kif qed jintużaw id-deepfakes u l-AI biex jidħku bik? Jidhol messaġġ fuq il-mobile. Il-link tidher uffiċjali, jew forsi offerta ta’ investiment li ma tistax tirrifjutaha. F’sekonda waħda, ħajtek tinbidel. F’sekonda waħda, kont bankarju sħiħ jixxotta. L-iscams mhumiex biss qerq… huma gwerra diġitali mal-kriminalità organizzata. Attwalità din il-ġimgħa jiftaħ il-kaxxa ta’ Pandora tal-frodi finanzjarju f’Malta. Kif qed jintużaw id-deepfakes u l-Intelliġenza Artifiċjali biex jidħku bik? U l-aktar importanti, jekk jinsterqulek flusek, tista’ qatt teħodhom lura? Rapporti li saru mal-Iskwadra Kontra r-Reati Finanzjarji (FCID), irriżultaw kif għadd ta’ vittmi ngidmu minn frodisti li saħansitra imitaw lill-Papa u lill-Prim Ministru. Fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra nsterqu mat-€13-il miljun minħabba frodi. Mistednin fl-istudio se jkollna l-esperti li qegħdin fuq quddiem nett ta’ din il-battalja: Is-Supretendent Jonathan Ransley mill-Iskwadra Kontra r-Reati Finanzjarji (FCID) u Ryan Caruana, Group Chief Anti-Financial Crime Officer u MLRO tal-Bank of Valletta. Attwalità jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fil-5pm fuq RTK103 u Newsbook Malta.