Attwalità | 12 ta' Marzu 2026
Dettalji tal-Episodju
Attwalità: L-impatt tal-gwerra fuq in-negozji Maltin Malta qed tiffaċċja kriżi potenzjalment qawwija fil-katina tal-provvista u xokk inflazzjonarju hekk kif l-għeluq ta’ tnejn mill-aktar kurituri marittimi kritiċi fid-dinja qed iwassal biex l-ispejjeż tal-merkanzija jogħlew b’mod eċċessiv. Dan qed iżid il-prospett ukoll li l-konsenji lejn Malta jitilfu l-prijorità favur destinazzjonijiet b’volum ogħla. Wara l-gwerra mnedija mill-Istati Uniti u Iżrael kontra l-Iran, l-amministrazzjoni ta’ Robert Abela qed issostni li mhux se jkun hemm "ebda xokk kbir" għall-ekonomija Maltija. Iżda n-negozji mhumiex daqshekk ċerti. Niddiskutu dan mal-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta u mal-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji. Se niddiskutu wkoll diffikultajiet ohra li qed jaffaċċjaw l-intrapriżi f’Malta, fosthom in-nuqqas ta’ impjegati, iż-żieda fil-popolazzjoni u kif il-profitti tagħhom niżlu avolja żdied il-bejgħ. Attwalità jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fil-5pm fuq RTK103 u Newsbook Malta.