Attwalità | 11 ta' Ġunju 2026
Dettalji tal-Episodju
Intervista esklussiva ma’ Luke Said waqt Attwalità Għaddew kważi gimagħtejn mill-Elezzjoni Ġenerali. Wieħed mill-kandidati li baqgħu l-art f’Għawdex kien iż-żagħżugħ Luke Said. Fl-ewwel parti ta’ Attwalità se jkollna intervista esklussiva miegħu, dwar il-mod li baqa’ barra mill-Parlament, l-aspirazzjonijiet tiegħu u x’se jagħmel issa. Fit-tieni parti, naqilbu t-tema u niddiskutu t-turiżmu u l-livell ta’ kwalità ta’ turisti li qed tattira Malta, wara xena li rajna l-weekend li għadda meta grupp ta’ rġiel ġew iffilmjati għarwenin fuq ċint f’San Ġiljan u kienu viżibbli minn Triq Reġjonali. Niddiskutu ma’ Andrew Agius Muscat mill-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA), Noel Muscat, is-Sindku tas-Swieqi u Philip Fenech, iċ-Chairman tat-Town Centre Management ta’ Paceville. Idħol fuq Newsbook Malta u segwi l-programm Attwalità li jixxandar bejn il-5pm u s-6.30pm. Tista’ ssegwih ukoll fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Newsbook Malta.