Lest għall-ewwel proprjetà tiegħek? | The Smart Money Hour, Episodju 10
Dettalji tal-Episodju
Ix-xiri tal-ewwel proprjetà huwa pass importanti, iżda hemm ħafna aktar x'tikkunsidra milli sempliċement il-prezz. F'dan l-episodju ta' The Smart Money Hour, Ruth Camilleri, il-Head of Consumer Finance tagħna, taqsam għarfien u pariri prattiċi dwar kif tista' tħejji ruħek finanzjarjament, tifhem aħjar l-ispejjeż involuti u tieħu deċiżjonijiet aktar infurmati matul il-vjaġġ lejn l-ewwel proprjetà tiegħek. Il-propjetà residenzjali immobbli tiegħek tista’ tittieħed lura jekk tonqos milli tħallas il-pagamenti fuq is-self jewfuq kwalunkwe dejn ieħor li fuqu sservi ta’ garanzija. Jista’ jintalab li tingħata garanzija, inkluż ipoteka jew garanzija oħra ekwivalenti. Is-self għandu jkun garantit b’ipoteka tal-ewwel grad u privileġġ speċjali fuq il-proprjetà li qed tiġi ffinanzjata, rahan tal-ewwel grad fuq polza ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja li tkopri l-ammont kollu tas-self, u polza ta’ assigurazzjoni tal-bini għall-ispiża ta’ sostituzzjoni tal-proprjetà li qed tiġi ffinanzjata. Is-self kollu huwa suġġett għall-kriterji normali ta’ self u għall-approvazzjoni finali mill-Bank of Valletta. It-terminu tas-self ma jistax jaqbeż l-età tal-irtirar. Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA, liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).
Aktar minn The Smart Money Hour
Ara kollha →
Għaliex hija importanti l-assigurazzjoni fuq il-ħajja? | The Smart Money Hour, Episodju 9
01 Oct 2026
Kif tista' tinvesti aktar fik innifsek? | The Smart Money Hour, Episodju 8
18 Sep 2026
Kif tipproteġi ruħek mill-iscams | The Smart Money Hour, Episodju 7
14 Sep 2026
Is-suq finanzjarju u l-impatt tiegħu fuq l-investimenti | The Smart Money Hour, Episodju 6
02 Sep 2026