Is-suq finanzjarju u l-impatt tiegħu fuq l-investimenti | The Smart Money Hour, Episodju 6

Dettalji tal-Episodju

F'dan l-episodju ta' The Smart Money Hour, Alex Bezzina, il-Head tas-Servizzi tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tagħna, jispjega kif il-bidliet fis-suq finanzjarju jistgħu jaffettwaw l-investimenti tiegħek u għaliex huwa importanti li tifhem ir-riskju meta tieħu deċiżjonijiet finanzjarji. Tgħallem kif ippjanar fit-tul u deċiżjonijiet infurmati jistgħu jgħinuk tibni futur finanzjarju b'saħħtu. Il-valur tal-investiment jista’ jinżel kif ukoll jitla’ u l-passat mhux garanzija tal-futur. Dan l-avviż huwa maħrug mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji u liċenzjata biex toffri s-servizzi ta’ investiment f’termini tal-Att dwar Servizzi ta’ Investiment (Kap. 370 tal-Liġijiet ta’ Malta) u huwa rreġistrat taħt l-Att dwar id-Distribuzzjoni fl-Assigurazzjoni, Kap. 487 tal-Liġijiet ta’ Malta, bħala Intermedjarju ta’ Mapfre Msv Life p.l.c. (MMSV). MMSV (C-15722) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) biex twettaq kummerċ tal-assigurazzjoni fit-tul taħt l-Att dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni, Kap. 403 tal-Liġijiet ta’ Malta. L-entitajiet kollha huma regolati mill-MFSA.

Ara kollha →