Kellymni 30 Apr 2026

Kellymni: Episodju 73 – Dr. Lydia Abela

Dettalji tal-Episodju

Dr. Lydia Abela tingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida, fejn b’onestà titkellem dwar il-vjaġġ tagħha minn tfulija sempliċi għal rwol pubbliku importanti ✨ Parti importanti mill-konversazzjoni ddur ukoll madwar ir-rwol tagħha bħala omm, fejn Lydia titkellem dwar kemm dan huwa ċentrali f’ħajjitha u kif tipprova tagħti l-aħjar tagħha minkejja l-ħajja impenjattiva. Hija ssemmi wkoll lil ommha bħala l-akbar mudell f’ħajjitha, persuna li għaddietilha valuri sodi li għadha tgħix bihom sal-lum. F’din il-konversazzjoni, Lydia turi naħa aktar personali u umana tagħha, filwaqt li taqsam il-valuri u l-esperjenzi li għenuha tul ħajjitha 🤍 Storja ta’ dedikazzjoni, servizz u umiltà. Miġjub lilkom minn KFC | Dacia Malta | Welbee’s Supermarket | Valletta Glass | Positive Parenting Malta | ERA - Environment & Resources Authority

Ara kollha →