Kellymni: Episodju 82 – Gloriana Arpa Belli
Dettalji tal-Episodju
SEGWI HAWN: Gloriana Arpa Belli fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida 🎙️ Gloriana Arpa Belli tingħaqad ma’ Melanie Kelly fuq Kellymni – Il-Podcast ta’ Gwida għal konversazzjoni mill-aktar personali dwar żewġha Aurelio, il-persuna li kien, il-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer u l-aħħar kapitlu tal-ħajja tagħhom flimkien 👩🏻❤️👨🏻 Matul il-konversazzjoni, Gloriana titkellem dwar il-karattru ta’ Aurelio u l-mod kif kien jaffaċċja l-ħajja. Lil hinn mill-marda, hija tfakkar fil-persuna li kien u f’dawk il-kwalitajiet li baqgħu jispikkaw fih anke meta kellu quddiemu waħda mill-akbar sfidi ta’ ħajtu ❤️🩹 Gloriana tiftaħ qalbha dwar il-ġlieda tiegħu kontra l-kanċer u dwar il-kuraġġ li wera tul dan il-vjaġġ. Tirrakkonta kif għex ma’ din ir-realtà u kif baqa’ jiġġieled sal-aħħar nett, anke meta l-affarijiet saru aktar diffiċli. Barra minn hekk, titkellem ukoll dwar it-telfa ta' ommha ftit xhur qabel dik ta' żewġha, telfa li wkoll ma stennietx 🫂 F’waħda mill-aktar partijiet personali tal-konversazzjoni, Gloriana titkellem ukoll dwar l-aħħar mumenti ta’ Aurelio. Taqsam dak li għexu flimkien f’dik l-aħħar fażi u kif hi esperjenzat dawk il-mumenti maġenb il-persuna li magħha kienet qasmet ħajjitha. Permezz tal-memorji ta’ Gloriana, il-pubbliku jiskopri aktar dwar Aurelio bħala bniedem, il-karattru tiegħu u l-mod kif għażel li jgħix anke meta kien jaf li l-vjaġġ tiegħu kien sar wieħed diffiċli ħafna ✨ Konversazzjoni intima dwar l-imħabba, il-kuraġġ, it-telfa u l-memorji li jibqgħu jgħixu wara persuna li ħalliet marka kbira fuq dawk ta’ madwarha 🤍 Miġjub lilkom minn Mercedes-Benz Malta | Welbee’s Supermarket | Myoka Spas | MeDirect Bank Malta | Valletta Glass | Camilleri MEATS | Positive Parenting Malta