Vincent Marmara Podcast 01 - L-ewwel stħarriġ politiku Elezzjoni Ġenerali 2026

Dettalji tal-Episodju

L-ewwel stħarriġ politiku ġdid f’din l-elezzjoni ġenerali 2026. Iżda din id-darba qed nagħmel xi ħaġa differenti mis-soltu. Wara li ppreżentajt ir-riżultati, stedint żewġ esperti akkademiċi biex jiskrutinizzaw dak li ppubblikajt (@vincent_marmara) flimkien mal-Professur Michael Briguglio u Dr Hermann Schiavone, li qed jingħaqdu miegħi f’diskussjoni bbażata fuq il-metodu ta’ peer review, l-istess standard rigoruż użat fid-dinja akkademika, sabiex anke jien niġi skrutinizzat fuq dak li qed nippubblika. B’dan il-mod, nassiguraw riċerka aktar trasparenti u responsabbli. Id-diskussjoni qed tiġi kkoordinata minn Miirko Sant.