Tkun 'l Haw Għaddi | Ricky Caruana

Dettalji tal-Episodju

16 ta' Frar 2025 Nota Editorjali: RTK103 u Newsbook Malta jixtiequ jiddiżassoċjaw ruħhom mill-kummenti tas-Sur Caruana meta tkellem dwar l-eleġġibilità (id-dritt) li wieħed għandu jkollu bie isir ġenitur u dwar ir-rimarki fuq il-persuni b’diżabiltà. Minkejja li RTK103 u Newsbook Mala jagħtu l-ispazju neċessarju biex persuna tgħaddi l-ħsieb tagħha, biex jirrispettaw il-prinċipju tal-libertà tal-espressjoni, l-fehma tas-Sur Caruana tmur ‘l hinn mit-tagħlim morali tal-Knisja Kattolika, li tisħaq fuq il-dinjità u li kull ħajja umana hija xbiha t’Alla. Il-Knisja b’mod konsistenti topponi għal kull forma ta’ tbagħbis mal-ġenetika jew sterilizzazzjoni sfurzata, u tagħraf prattiċi bħal dawn bħala ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi divina. Aktar minn hekk il-Knija tgħallem li kull persuna, irrispettivament mill-kundizzjonijiet fiżiċi jew mentali tagħha, hija xbiha t’Alla u għandha dritt sagrosant għall-ħajja u għall-integrità fuq ġisimha. Kull azzjoni li tnaqqas din id-dinjità, bħall-promozzjoni tal-prokreazzjoni selettiva jew l-approvazzjon tal-isterilizzazzjoni bbażata fuq diżabilità, hija moralment inaċċettabli.

Ara kollha →