Isma’ l-episodju

Sessjoni Plenarja S15E001

Dettalji tal-Episodju

Il-Ħmistax-il Leġislatura (2026 -) Seduta Nru: 001 - Is-Sibt, 20 ta' Ġunju 2026 11:00

Aġenda:

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA

11.00 a.m. Bidu tas-Seduta Parlamentari.

Talba.

L‑Iskrivan tal‑Kamra taqra l‑Proklama li biha ġie mlaqqa’ l‑Ħmistax‑il Parlament.

L‑Iskrivan tal‑Kamra taqra r‑riżultati tal‑Elezzjoni Ġenerali u tal‑Elezzjonijiet Każwali, u l‑ismijiet tal‑Membri Parlamentari eletti skont Artikolu 52(1) u Artikolu 52A(1) tal‑Kostituzzjoni ta’ Malta.

Elezzjoni ta’ Speaker. L‑Ispeaker jieħu l‑Ġurament ta’ Lealtà.

Elezzjoni ta’ Deputy Speaker.

L‑Onorevoli Membri jieħdu l‑Ġurament ta’ Lealtà.

Tqegħid ta’ Karti fuq il‑Mejda tal‑Kamra.

Il‑Prim Ministru jgħarraf lill‑Kamra li l‑President ta’ Malta se tiddikjara fil‑Kamra tad‑Deputati r‑raġunijiet li għalihom ġie mlaqqa’ l‑Ħmistax‑il Parlament.

Is‑seduta tiġi sospiża.

L‑Ispeaker u l‑Iskrivan tal‑Kamra jħallu l‑Kamra sabiex imorru jilqgħu lill‑President ta’ Malta.

Il‑President ta’ Malta, l‑Ispeaker u l‑Iskrivan tal‑Kamra jidħlu fil‑Kamra.

Tindaqq fanfarra li tħabbar il‑wasla tal‑President ta’ Malta.

Is‑seduta tirriżumi.

Il‑President ta’ Malta tiddikjara lill‑Kamra tad‑Deputati r‑raġunijiet li għalihom ġie mlaqqa’ l‑Ħmistax‑il Parlament.

Meta jintemm l‑Indirizz tal-President ta’ Malta lill‑Kamra, is‑seduta tiġi sospiża.

Il‑President ta’ Malta, l‑Ispeaker u l‑Iskrivan tal‑Kamra jħallu l‑Kamra.

Tindaqq fanfarra.

L‑Ispeaker u l‑Iskrivan tal‑Kamra jerġgħu jidħlu fil‑Kamra u s‑seduta tirriżumi.

Jingħata Avviż ta’ Mozzjoni għal Indirizz lill‑President ta’ Malta bi tweġiba għad‑Diskors tal‑Eċċellenza Tagħha.

Il‑Kamra tiġi aġġornata.

Abbozz Nru 1 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta’ Malta - L-Ewwel Qari

Aktar informazzjoni: https://parlament.mt/mt/15th-leg/plenary-session/ps-001-20062026-1100-am/

Ara kollha →