Il-Każin
19 Aug 2025
"NILQA L-BIDLA B'ENTUŻJAŻMU" | Il-KAŻIN | PN Segretarju Ġenerali
Dettalji tal-Episodju
"NILQA L-BIDLA B'ENTUŻJAŻMU" Fil-Partit Nazzjonalista, instabbiltà politika sarrfet fi tfittxija għall-ħames kap fi ftit snin. Madwarna, problemi sistematiċi tul is-snin irriżultaw f’binjiet li qed jaqgħu quddiem għajnejna… u mhux dejjem qed jirnexxilna nsalvaw lin-nies qabel ma jikkrolla kollox. Fil-KAŻIN dil-Ġimgħa, nitkellem ma’ Charles Bonello, is-segretarju ġenerali tal-PN, u nistaqsih dwar il-qagħda tal-partit, id-dejn eżorbitanti, u t-tfittxija għall-kap ġdid. Episodju mxandar Ġunju 2025