Nieħdu Grokk 07 Nov 2026

Michael Stivala - Ep. 15 - Żvilipatturi u l-Potter, L-Overdevelopment u l-Ippjanar.

Dettalji tal-Episodju

Id-developers huma s-sintomu jew il-kawża tal-overdevelopment f'Malta? 🏗️ F'dan l-episodju ta' Nieħdu Grokk, Beppe jpoġġi wiċċ imb wiċċ ma' Michael Stivala, Kap Eżekuttiv ta' Stivala Group u President tal-Malta Developers Association (MDA), għal konversazzjoni bla filtri fuq l-iżvilupp, il-poter u l-politika f'Malta. Michael jitkellem fuq ir-responsabbiltà tal-iżviluppaturi lejn is-soċjetà, għaliex jgħid li r-regoli tal-ippjanar huma antikwati, il-pencil buildings, il-mijiet ta' stop orders li ħa, u l-mistoqsija l-aktar diffiċli tal-lejla: għaliex l-iżviluppaturi jagħtu flus lill-partiti politiċi? Mhux dejjem qbilna, u hekk suppost. Ara l-episodju sħiħ u għidilna x'taħseb fil-kummenti. 👇 ---------------------- ⏱️ Timestamps 00:00 Cold open 01:00 Min hu Michael Stivala? 03:45 X'inhu verament ix-xogħol ta' developer? 05:30 L-iżvilupp u l-ekonomija Maltija 07:45 Ir-responsabbiltà lejn il-ġirien u s-soċjetà 11:20 Għaliex il-kelma "developer" saret toxic? 14:30 Pencil buildings: tort tar-regoli jew tad-developers? 17:40 "Għaliex għandi nemmnek?" 20:20 Developer kontra resident: min għandu l-poter? 22:30 Il-BCA u l-istop orders 28:00 Id-donazzjonijiet lill-partiti politiċi 32:30 Il-Planning Authority u l-appelli 36:00 L-ODZ: għandha tibqa' ODZ għal dejjem? 39:15 Profitt kontra responsabbiltà soċjali 43:20 X'jiġri jekk it-turiżmu jonqos? 🤝 Dan l-episodju huwa sponsorjat minn Fort Fitness, l-akbar komunità tal-fitness f'Malta. 👉 fortfitness.com.mt 🔔 Agħmel subscribe għal aktar episodji ta' Nieħdu Grokk, fejn niddiskutu suġġetti kumplessi bl-aktar mod sempliċi. 📱 Segwina: Instagram: @niehdugrokk_ TikTok: @niehdugrokk_ Facebook: Nieħdu Grokk #NieħduGrokk #Malta #PodcastMalti

Ara kollha →