Malti jonfoq sa 300% aktar biex jivjaġġa minn persuna mill-kontinent ċentrali
Dettalji tal-Episodju
F’komunikat lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropa irrikonoxxiet l-isfidi reali li qed iħabbtu wiċċhom magħhom gżejjer bħal Malta u Għawdex. Dan ikkonfermatu fid-dokument msejjaħ “L-Istrateġija Ewropea għall-gżejjer.” Fl-Unjoni Ewropea hawn 4000 gżira li minnhom tlieta huma stati sovrani – l-Irlanda, Malta u Ċipru. Fuq dawn l-4000 gżira jgħixu 17-il elf persuna. L-istrateġija tinkludi studju li ra kemm tiswa l-insularità biex tiġu kkwantifikati l-isfidi ekonomiċi, soċjali u fiskali tal-gżejjer. Dan l-istħarriġ identifika li minħabba d-distanza mill-kontinent ċentrali ċittadin fi gżira aktar minn 300% biex jivvjaġġa meta mqabbel ma’ ċittadin li jgħix fuq il-kontinent. Fl-istess waqt kien misjub li l-Gvern tal-lokal ikollu jonfoq bejn 30% u 50% aktar fuq kull persuna u l-prezzijiet tal-housing huma bejn 75% u 130% aktar fil-gżejjer.
Aktar minn Int fl-Ewropa
Ara kollha →
Deċiżjonijiet li jġibu bidla għall-aħjar u li jħossuha n-nies – Roberta Metsola
02 Jul 2026
L-NGOs Ewropej jenfasizzaw li parti mill-proposta tar-ritorn s’issa ma ħadmet imkien
25 Jun 2026
Qabel il-waqfa għas-Sajf fl-UE se jkollha pożizzjoni ċara dwar l-effett tal-media soċjali fuq minuri
18 Jun 2026
Huma ħafna l-pajjiżi li jridu kummerċ u sħubija mal-UE għax toffri stabbilità
15 Jun 2026