Malta għadha lura fir-riċerka dwar il-kanċer minkejja li l-kura li tingħata hija waħda tajba
Dettalji tal-Episodju
Hekk kif ir-rata ta’ pazjenti morda bil-kanċer u r-rata ta’ mortalità minħabba l-kanċer, f’Malta hija inqas minn dik Ewropea, hu stmat li sa ftit snin oħra l-istess żewġ rati msemmija se jiżdiedu b’44 fil-mija sa l-2040. Fl-UE, tul s-sena li għaddiet kienu rreġistrati 2.7 miljun persuna li għandhom xi kanċer jew ieħor u madwar 1.2 miljun mietu kawża tal-kanċer. Int fl-Ewropa tkellem mal-Professur Caroline Magri li minkejja li hija Kardjologa, illum il-ġurnata hija wkoll il-persuna li qed tmexxi r-riċerka f’Malta dwar il-kanċer, u dan qed tagħmlu flimkien mas-SAMOC. Flimkien mal-Professur Magri hemm tobba u professjonisti oħra li qed jagħmlu minn kollox biex itejbu l-operat tas-SAMOC, il-politika dwar il-kanċer u jsaħħu r-riċerka f’dawk li għandu x’jaqsam mal-kura tal-kanċer f’Malta.
Aktar minn Int fl-Ewropa
Ara kollha →
Deċiżjonijiet li jġibu bidla għall-aħjar u li jħossuha n-nies – Roberta Metsola
02 Jul 2026
L-NGOs Ewropej jenfasizzaw li parti mill-proposta tar-ritorn s’issa ma ħadmet imkien
25 Jun 2026
Qabel il-waqfa għas-Sajf fl-UE se jkollha pożizzjoni ċara dwar l-effett tal-media soċjali fuq minuri
18 Jun 2026
Huma ħafna l-pajjiżi li jridu kummerċ u sħubija mal-UE għax toffri stabbilità
15 Jun 2026