L-Għaliex (S1E7) Għaliex hawn min jaqbdu burnout u min le?
Dettalji tal-Episodju
X’inhu li jwassal għall-burnout? Huwa kkawżat mill-istress, it-tendenzi tal-perfezzjoniżmu, jew l-ossessjoni kulturali għall-produttività? Tista’ l-imħabba għax-xogħol tiegħek fil-fatt iżżid ir-riskju? U għaliex xi nies jirnexxilhom ilaħħqu, filwaqt li oħrajn le? F’dan l-episodju, Matthew Bartolo u Joseph Agius jingħaqdu ma’ Dr Ronald Zammit, "Clinical Psychologist" u espert fil-kura tat-trauma, u ma’ Danica Cassar, "Health Psychologist". Flimkien, jiddiskutu d-dinamika kumplessa tal-burnout. Il-burnout jiġi biss mix-xogħol, jew jista’ jinqala’ wkoll f’oqsma oħra tal-ħajja? Kif l-imġiba personali, l-istress kroniku, u l-ambjent li ngħixu u naħdmu fih jistgħu jinfluwenzaw il-kapaċità tagħna biex nlaħħqu? U x’inhuma s-sinjali li qed nersqu lejn burnout aħna stess? Jekk qatt ħassejt li qed tgħejja wisq, jew staqsejt kif tista’ tipproteġi lilek innifsek mill-burnout, dan l-episodju joffri perspettivi ġodda u pariri prattiċi. Jista’ wkoll ikun riżorsa utli għal xi ħadd li taf li qed jaffaċċja diffikultajiet. Tista’ tara u tisma’ l-episodju sħiħ fuq: Spotify – https://podcasters.spotify.com/pod/show/matthew-bartolo 🇬🇧 What drives burnout? Is it caused by stress, perfectionist tendencies, or the cultural obsession with productivity? Can loving your work actually put you at greater risk? And why do some people seem to cope while others don’t? In this episode, Matthew Bartolo and Joseph Agius are joined by Dr Ronald Zammit, a Clinical Psychologist and trauma specialist, and Danica Cassar, a Health Psychologist. Together, they tackle the complex dynamics behind burnout. Does burnout only come from work, or can it arise in other areas of life? How do personal habits, chronic stress, and the environments we live and work in influence our ability to cope? And what are the telltale signs we might be heading toward burnout ourselves? If you’ve ever felt overwhelmed or wondered how to safeguard yourself from burnout, this episode offers fresh perspectives and practical advice. It could also be a valuable resource for someone you know who is facing challenges. You can also Watch and listen to the full episode on: Spotify – https://podcasters.spotify.com/pod/show/matthew-bartolo
Aktar minn L-Għaliex
Ara kollha →
L-Għaliex (S1E15) - Għaliex l-arti f'ħajjitna?
21 May 2025
L-Għaliex (S1E14) - Għaliex illum donnu kulħadd marid bil-gratifikazzjoni immedjata?
30 Apr 2025
L-Għaliex (S1E13) - Għaliex hu importanti li nħallu lit-tfal jilagħbu?
09 Apr 2025
L-Għaliex (S1E12) L-Għaliex ta' L-Onor. Beppe Fenech Adami
19 Mar 2025