Int fl-Ewropa 13 Nov 2025

Int fl-Ewropa | Il-misinformazzjoni u d-diżinformazzjoni

Dettalji tal-Episodju

Illum il-ġurnata bħalma jaf u jesperjenza kulħadd għandna bumbardament kontinwu ta’ informazzjoni. F’dan l-aħħar 15-il sena bejn li l-kmamar tal-aħbarijiet marru qelbu l-mezz tagħhom u mill-istampar aktar qed jiffukaw fuq il-portals online. Mhux hekk biss imma minn meta bdew il-pjattaformi soċjali bħal Facebook, Instagram, X, TikTok u oħrajn l-informazzjoni saret tinfirex aktar malajr. Il-misinformazzjoni hija dik l-informazzjoni skorretta li xi ħadd jifrex bla ma jiċċekja s-sors imma ma jkollux intenzjoni ħazina. Għall-kuntrarju ta’ dan, bid-diżinformazzjoni issir ħafna ħsara għaliex din l-informazzjoni falza tkun maħluqa apposta b’qerq.

Ara kollha →