Int fl-Ewropa 04 Jun 2026

Il-liġi Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali se ssaħħaħ il-liġi eżistenti f’Malta

Dettalji tal-Episodju

Il-Parlament Ewropew sema’ l-għajta tal-attivisti madwar l-Ewropa favur il-ħarsien tal-annimali u issa permezz ta’ liġi imfassla apposta, il-kliem u l-qtates se jkunu aktar protetti mit-tnissil illegali u t-traskuraġni tagħhom. Tkellimna ma' Alison Bezzina. Int fl-Ewropa tkellem ukoll ma’ Patrick DeBattista, financial coach, li kien mistieden mill-Parlament Ewropew biex flimkien ma’ numru ta’ persuni oħra jattendu għall-ewwel ċeremonja tax-xorta tagħha. Hawn kienu onorati dawk il-persuni li ħadmu biex l-Unjoni Ewropea tissaħħaħ u jissaħħu wkoll il-valuri tagħha.

Ara kollha →