Episodju 013 ma' Marie Briguglio | Jon Mallia Podcast
Dettalji tal-Episodju
L-ewwel darba li ltqajt ma' Marie kelli xi 9 snin waqt party pjuttost ‘out-of-hand’ fis-salott tal-ma. Il-ma u l-pa għal din ix-xorta ta’ festini li kienu kultant anke jfuru mill-bieb ta’ barra u jibqgħu jitferraw fl-isqaq kienu famużi. Fastforward 28 sena u Marie issa tiġi z-zija t’ibni tar-rispett. Dan ta’ l-ahhar l-aktar bniedem li qatt ħassejtni seren fil-preżenza tiegħu. Parti minni aktar minn għadmi, ma nafx nispjegaha. Inħossha u niġġennen bil-gratitudni biss naf... Lura għal Marie... Meta ninzertaha dejjem naqbada magħha dwar bosta ħwejjeg prattiċi li dak il-moħħ veloċi l’għanda malajr joffrilek soluzzjoni għalihom ... jew 15. Apparti li meta żżewweġ il-prattiċita' li biha mgħammra, mal-akkademja w l-immaġinazzjoni ifeġġu ħwejjeġ bħal Wellbeing Index, li dal-pajjiż tant mixtieq minnhu, u qas jaf. Ġieli qbadnieha wkoll fuq il-kitba, għax Marie bħali kitbet film. U ġieli fuq din il-fissazzjoni li għanda bir-rota. L-ekonomija dejjem interessatni, għax ovvjament, minnha rrid u Marie fiha tifhem u ħafna. Pero dejjem bil-biċċiet. Dejjem bejn free kick ikkontestat waqt waħda mill-partiti futbol tal-familja jew birthday party ta' xi kuġin li filli qed taqsam it-torta u filli qed tkisser xi erba strofi tal-karaoke. B’hekk stedintha għal podcast lil Marie. Biex il-perli kollha li gieli wrietli turini aktar minnhom u biex sa fl-aħħar ngħaqqduhom f’ġiżirana waħda u nixtarruha kif jixraq. Il-mistiedena issibuha fuq https://www.facebook.com/marie.briguglio ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli mingħajr l-għinuna ta' OrangeMan https://www.orangeman.store [20% DISCOUNT CODE: JONMALLIA fuq prodotti Orangeman] ManUp https://www.manupmalta.com eCabs https://www.ecabs.com.mt REROOT https://www.rerootmalta.com/ Nissan https://www.nissan.com.mt/vehicles/new-vehicles/juke-2019.html Valletta Glass https://www.vallettaglass.com Derek Meats https://www.facebook.com/derekmeats Klikk https://www.klikk.com.mt/ Seasus https://www.seasus.com ************************************************* Għal iktar informazzjoni żur https://www.jonmallia.mt ************************************************* Tħabbeb Magħna Facebook https://www.facebook.com/jonmalliaofficial YouTube https://www.youtube.com/jonmalliapodcast Patreon https://www.patreon.com/jonmallia TikTok https://www.tiktok.com/@podcasttajon Instagram https://www.instagram.com/jon.mallia Tista wkoll tkellimna fuq pa@jonmallia.mt