Episodju 005 ma' Kenneth Bone | Jon Mallia Podcast
Dettalji tal-Episodju
Tabilħaqq il-’mistieden’ kien il-Bone, li kemm moħħu u kemm ilsienu jagħtuh u mhux ftit. Biex ma nsemmux il-bellus li jittappezzalu l-kordi vokali ... Din hija silta mill-poddata pilota li minnha tnisslu l-poddati kollha l-oħra. Difetti fiha kemm trid. Dawl, awdio ... u jien għamilt l-isbaħ għoxrin minuta inredden sa ma ntbaħt li aħjar inħalli lil mistieden ifendi kelmtejn hu wkoll. Għoxrin minuta bl-arlogg eh ... Ma konniex ċerti għandniex inxandruha jew le. Iżda minkejja l-elf nuqqas xorta naħsbu li fiha x’tagħsar u naħseb li għal min jinteressah, toffri wkoll kwadru ta’ kuntest għal dak li qed nimmiraw għalih b’dan il-progett. Id-diskussjoni iddur madwar is-sens ubikwitu ta’ "entitlement" fi żmienna u fuq it-tagħmiet tagħna għal dan il-proġett, fost bosta suġġetti oħrajn. Ilbsu s-seatbelt għax ġej t-taqlib. ************************************************* Il-Mistieden issibu fuq https://www.facebook.com/kennethbone/ ************************************************* Dan il-podcast ma' kienx ikun possibli mingħajr l-għinuna ta' Derek Meats https://www.facebook.com/derekmeats Franks Gentleman’s Essentials https://www.franks.com.mt eCabs https://www.ecabs.com.mt Etisicura https://www.etisicura.com Valletta Glass https://www.vallettaglass.com ************************************************* Għal iktar informazzjoni żur https://www.jonmallia.mt ************************************************* Tħabbeb Magħna Facebook https://www.facebook.com/jonnykaxx YouTube https://www.youtube.com/jonmalliapodcast Patreon https://www.patreon.com/jonmallia TikTok https://www.tiktok.com/@podcasttajon Instagram https://www.instagram.com/jon.mallia Tista wkoll tkellimna fuq pa@jonmallia.mt