Podcast ta' Jon 08 Apr 2021

Episodju 004 ma' Fr. Aaron Zahra | Jon Mallia Podcast

Dettalji tal-Episodju

Fr. Aaron Zahra huwa r-rebbiegħ tal-Franks Gentlemen's Essentials Man of the Year 2020 Award. Il-Pirjol tal-kommunita' Dumnikana tal- Birgu magħmul ċkejken huwa fatt tal-ħajja. Li x-xogħol tiegħu mal-vittmi ta’ kull xorta huwa pero kbir, huwa ugwalment verita'. Qaluli li l-Father mgħammar bi bżulija li ftit huma dawk li kapaċi jlaħħqu magħha. Tant dan minnhu li l-kollegi laqqmuh "il-Hyper", cioe' bniedem mingħajr xaba' għax-xogħol. Bir ta’ enerġija w entużjażmu bla qieħ. Għalijja, Fr. Aaron bniedem ta’ principju, il-kwalita li bħala rari għadek issib illum. Qis biss l-istqarrijiet kristallini li għamel dwar kif il-Knisja naqset lill-vittmi li ġew abbużati minn niesa stess. Kif il-qofol ta’ tali konverzazzjoni għanda tkun il-ħarsien ta’ min gie vvittimizzat. Kemm hawn min ma jiddarrasx meta jiġi biex jistqarr il-verita' sħiħa fuq l-organiżżazzjoni li thaddnu? Mhu faċli xejn. Anzi ġest li jrid ikollok sinsla għalih. Għalikom it-taħdida mal-Pirjol! Dejjem b'ħajr bla qieħ lil Franks Gentlemens Essentials, eCabs, EtiSicura, Derek Meats, Rapid Screening Malta u Valletta Glass. Żuru www.jonmallia.mt għal iktar informazzjoni.

Ara kollha →