BUŻUPREMIER - EPISODE TWENTY-SEVEN
Dettalji tal-Episodju
F' Episodju 27 ta’ Bużu Premier, id-diskussjoni ddur fuq żewġ dekasteri essenzjali tal-futbol ir-refereeing u l-amministrazzjoni tal-klabbs. Żewġ realtajiet li ħafna drabi jitkellmu dwarhom il-partitarji, imma li ftit jafu x’verament jinvolvu minn ġewwa. Magħna għal din id-diskussjoni għandna żewġ mistednin b’esperjenza diretta fil-qalba tal-logħba: Charles Agius — eks referee li għal snin twal kien parti mill-logħba tal-futbol, kien mitlub jagħmel deċiżjonijiet immedjati u l-pressjoni kontinwa li ġġib miegħu il-futbol Malti. Mark Mifsud — amministratur fi Ħamrun Spartans FC, klabb li fl-aħħar snin kien protagonist fil-futbol Malti, u għalkemm żgħażugħ jaf mill-qrib ir-realtajiet ta’ kif tim modern jitmexxa kemm fil-grawnd kif ukoll barra minnu. Se nitkelmu dwar x’hemm bżonn jinbidel biex il-logħba tkompli tikber b’aktar professjonalità u rispett. Diskussjoni miftuħa u esperjenzi minn ġewwa s-sistema. fejn se nismgħu opinjonijiet u esperjenzi realistiċi tal-futbol Malti. Dan huwa Bużu Premier fejn il-logħba tiġi diskussa minn kull angolu. Episodju 27. Ma’ Charles Agius u Mark Mifsud.