Buzu Premier 21 Jan 2026

BUŻU PREMIER - EPISODE TWENTY-ONE

Dettalji tal-Episodju

Din il-ġimgħa se nidħlu f’suġġett sensittiv u kruċjali għall-futur tal-isport Malti: l-integrità fl-isport. X’inhuma r-riskji reali li jaffaċċjaw l-isport u l-futbol Malti llum? Kif jiġu identifikati u indirizzati każijiet ta’ manipulazzjoni fil-logħob, l-influwenzi illegali u l-ksur ta’ etika? U x’responsabbiltà għandhom l-atleti, l-uffiċjali u l-klabbs biex jipproteġu l-logħba? Illum magħna għandna mistieden li jinsab fuq quddiem nett f’din il-ġlieda għall-ġustizzja u t-trasparenza fl-isport. Jingħaqad magħna l-Avukat Sandro Camilleri, Direttur – Integrita' fl-AIMS, sabiex jispjegalna kif jaħdem il-qafas tal-integrità, x’sfidi qed jiffaċċja l-pajjiż, u x’miżuri qed jittieħdu biex l-isport jibqa’ nadif u kredibbli. F’fażi fejn il-fiduċja hija kollox, se niddiskutu b’mod miftuħ u ċar: X’qed isir, x’għad irid isir, u x’jista’ jagħmel kulħadd biex jipproteġi l-valuri tal-isport. Diskussjoni diretta, b’fatti, għarfien u responsabbiltà. Dan huwa BużuPremier… illum ma’ Sandro Camilleri.

Ara kollha →