BUŻU PREMIER - EPISODE TWENTY-FOUR
Dettalji tal-Episodju
Fl-Episodju 24 ta’ Bużu Premier, nippreżentaw waħda mill-diskussjonijiet aktar divertenti u awtentika, meta l-passjoni għall-futbol tilħaq il-qofol tagħha! Illum għandna magħna żewġ mistednin li jġibu magħhom sens ta' qrubija u ħarsa unika lejn il-logħba Maltija li aħna tant inħobbu mhux biss bħala sport, iżda bħala stil ta’ ħajja u kultura. Martin Attard, magħruf bħala il-Meme supporter impenjat, vuċi dominanti fl-istadiums u kummentatur fuq il-media soċjali fuq il-futbol, li jaf kif joħloq atmosfera, jirrakonta aneddoti u jgħati stampa ħajja ta’ dak li jiġri fuq il-pitch u ma’ supporters. Martin dejjem lest jagħti daqqa t’għajn speċifika, spirituża u xi kultant kontroversjali fuq dak kollu li jseħħ madwarna. Julian Holland, ex-plejer u dirġent ta’ Floriana FC li matul is-snin sawwar isem fil-pajsaġġ tal-futbol Malti. Kellhu karriera fit-futbol bħala difensur b’esperjenza estensiva fl-aktar diviżjonijiet kompetittivi, u llum joffri ħarsiet bħala espert għalkemm qatha mix-xena dan l-aħħar, imma għadhu jħoss il-polz tal-futbol Malti. F’dan l-episodju se nitkelmu b’mod ċar u ġenwin: 🔍 X’inhuma x'qed jiġri fil-Yohealth Malta Premier? 🔍 Kif is-supporter qed jesperjenza il-logħba fil-grawnd, il-logħba minn barra... u l-kundizzjonijiet fl-istadiums? 🔍 U x’jistgħu jgħidulna dawnl-esperti dwar il-bidliet, l-sfidi u l-ħolm għall-futur tal-futbol f’pajjiżna? Dan huwa Bużu Premier Podcat ħaj u mmexxi b'passjoni.. Ma' John Busuttil se tisma’ l-aktar podcast awtentiku fuq il-futbol Malti.