Buzu Premier 06 Jan 2026

BUŻU PREMIER - EPISODE TWENTY

Dettalji tal-Episodju

Din il-ġimgħa qed nidħlu f’suġġett li dejjem iqajjem interess, dibattitu u spekulazzjoni fil-qalba tal-futbol Malti: is-suq tat-trasferimenti u x’qed jinbidel f’dan l-istadju tal-istaġun. X’qed ifittxu l-klabbs? Min qed isaħħaħ, min qed jirriskja, u min se jibqa’ lura? U x’qed jgħidilna dan kollu dwar fejn jinsab il-futbol Malti llum? Illum magħna għandna mistieden li jsegwi mill-qrib t-trasferimenti lokali, li janalizza u jirrapporta dak li jiġri kemm fuq kif ukoll barra l-grawnd. Jingħaqad magħna l-ġurnalist sportiv Rowen Camilleri, sabiex nitkellmu dwar it-trasferimenti, l-istrateġiji tal-klabbs, u x’ġdid qed jiżviluppa f’dan il-moment kruċjali tal-istaġun. F’fażi fejn kull deċiżjoni tista’ tbiddel staġun sħiħ, se npoġġu kollox fuq il-mejda: min qed jiċċaqlaq, għaliex, u x’jista’ jfisser dan għall-ġimgħat li ġejjin. Diskussjoni miftuħa, b’fatti, analiżi u ċarezza. Dan huwa Bużu Premier… illum ma’ Rowen Camilleri.

Ara kollha →