Buzu Premier
30 Mar 2026
BUŻU PREMIER - EPISODE THIRTY
Dettalji tal-Episodju
Fl-Episodju 30 ta’ Bużu Premier, inkomplu nsegwu l-iżvilupp tal-futbol Malti minn perspettiva strateġika fejn id-deċiżjonijiet illum qed jiffurmaw il-logħba ta’ għada. Magħna għandna mistieden li qed jieħu rwol ġdid u importanti fil-qalba tal-iżvilupp tal-isport: Kevin Azzopardi li ġie maħtur riċentement bħala Chief Executive Officer ta’ AiMS, b’responsabbiltà diretta fuq it-tkabbir, l-istruttura u l-futur tal-istituzzjoni. F’dan l-episodju se nħarsu lejn: ▪️ Ir-rwol ta’ AiMS fil-futbol Malti ▪️ U x’jista’ jfisser dan il-pass għall-iżvilupp tal-logħba.. Diskussjoni diretta. Viżjoni ċara. U ħarsa lejn il-futur. Dan huwa Bużu Premier. Episodju 30.