Buzu Premier 30 Dec 2025

BUŻU PREMIER - EPISODE NINETEEN

Dettalji tal-Episodju

Din il-ġimgħa qed nidħlu f’suġġett li jinsab fil-qalba tal-futbol Malti: l-organizzazzjoni, l-istruttura u l-ġestjoni tal-Kampjonat Yohealth Malta Premier. Kif qed jitmexxa l-kampjonat illum?X’inhuma l-sfidi li jaffaċċjaw il-klabbs u l-organizzaturi?U fejn irid imur il-futbol Malti fil-ġejjieni? Illum magħna għandna mistieden li jinsab fil-qalba ta’ dawn id-deċiżjonijiet. Jingħaqad magħna Alan Abela, iċ-Chairman ta’ Kampjonat Limited, il-kumpanija responsabbli mit-Tmexxija tal- Yohealth Malta Premier. F’era fejn il-futbol qed jinbidel, kummerċjalment, strutturalment u teknoloġikament, ser inkunu qed npoġġu l-mistoqsijiet fuq il-mejda: diretti u bla tlaqliq. Diskussjoni miftuħa, b’responsabbiltà u ċarezza. Dan huwa Bużu Premier… illum ma’ Alan Abela.

Ara kollha →