BUŻU PREMIER EPISODE 32
Dettalji tal-Episodju
Waqt Bużu Premier se nkomplu nħarsu lejn il-futbol Malti minn żewġ perspettivi kruċjali: il-viżjoni teknika u l-iżvilupp tal-logħba tal-football. Magħna għandna żewġ mistednin b’esperjenza u opinjoni qawwija fuq il-logħba: Pippo Psaila — eks kowċ tat-tim nazzjonali Malti, figura b’esperjenza vasta fil-futbol lokali u internazzjonali, u vuċi li tifhem il-logħba. u Simon Farrugia - ġurnalist sportiv ma’ TVM Sport, li jsegwi mill-qrib l-iżviluppi tal-futbol Malti speċjalment l-MPL u jwassal l-analiżi tiegħu lill-pubbliku b’mod ċar u dirett. F’dan l-episodju se niddiskutu wkoll: ▪️ Il-Football Malti ▪️ Id-deċiżjonijiet tekniċi u l-għażliet tal-Coaches ▪️ U l-opinjonijiet diretti dwar fejn jinsab il-futbol Malti llum Diskussjoni diretta. Perspettivi differenti. U ħarsa realistika lejn il-logħba. Dan huwa Bużu Premier. Episodju 32.